ENGLISH/INGLIŻ

An intense low pressure over the Gulf of Genoa will deepen in the coming days. Meanwhile, a ridge of high pressure over northern Africa will strengthen. The central Mediterranean will become sandwiched between the two. A current of warm, humid air from the south will develop over our region. This will push temperatures to above average. We’re expecting maximum temperatures to hover to above 17°C. Minimum temperatures will not dip below 12°C. The predominantly southwesterly wind will be rather strong at times, particularly around midweek. This will blow fine dust from the Sahara Desert across our region, creating hazy skies. No rain is anticipated, however. The strong wind will whip up a rough sea along the south coast. Meanwhile, storm systems over the western Mediterranean will send swell waves our way. These will hit our islands from the northwest, causing choppy conditions along areas of the north coast as well. All in all, conditions at sea could be unpredictable at times in the coming days. This unseasonal warm weather could switch almost overnight heading into Friday 20th January. The previously mentioned low pressure over the Gulf of Genoa may expand to cover the central Mediterranean by then, heralding the potential start of a brief episode of wintry conditions as early as the coming weekend. More details about this will be provided at a later stage.

 

MALTI / MALTESE

Pressjoni baxxa intensa fuq il-Golf ta’ Ġenoa se tissaħħaħ fil-jiem li ġejjin. Sadattant, firxa ta’ pressjoni għolja lejn l-Afrika ta’ Fuq ukoll se tissaħħaħ. Iċ-ċentru tal-Mediterran se jisfa maqbud fin-nofs bejn dawn iż-żewġ sistemi. Kurrent ta’ arja sħuna u umda minn żoni meridjonali se jiżviluppa fuq ir-reġjun tagħna. Dan se jwassal għal temperaturi ogħla mill-medja. Nistennew temperaturi massimi ta’ aktar minn 17°C. It-temperaturi minimi mhux se jaqgħu taħt 12°C. Ir-riħ li fil-biċċa l-kbira tal-ħin se jkun mill-Lbiċ se jkun qawwi kultant, partikularment lejn nofs il-ġimgħa. Dan se jonfoħ trab fin minn fuq id-Deżert tas-Saħara lejn ir-reġjun tagħna, u b’hekk iwassal għal sema mdaħħan. L-ebda xita mhu mistennija, pero’. Dan ir-riħ qawwi se jikkawża baħar imqalleb matul il-kosta tan-nofsinhar. Safrattant, sistemi ta’ maltemp fuq il-punent tal-Mediterran se jimbuttaw imbatt lejna. Dan se jilħaqna mill-majjistral u b’hekk jikkawża baħar daqsxejn imqalleb tul il-kosta tat-tramuntana wkoll. Kollox ma’ kollox, is-sitwazzjoni fuq il-baħar se tkun waħda diffiċli biex tkun imbassra kultant. Dan it-temp barra minn żmienu jista jinqaleb ta’ taħt fuq kważi mal-lejl nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar. Il-pressjoni baxxa fuq il-Golf ta’ Ġenoa msemmiha aktar kmieni kapaċi tespandi u tilħaq iċ-ċentru tal-Mediterran, biex b’hekk tagħti bidu għal dak li jista jkun episodju qasir ta’ temp xitwi minn tmiem il-ġimgħa li ġejja. Aktar dettalji dwar dan jingħataw aktar tard.